Dwarna

EuroparlTV huwa s-servizz ta' produzzjoni tal-filmati għas-sit web tal-Parlament Ewropew, li għandu l-għan li jinforma liċ-ċittadini tal-UE dwar l-attivitajiet tal-Parlament Ewropew u dwar kif il-Membri jsawru l-iżviluppi politiċi u jgħaddu l-liġijiet li jaffettwaw il-ħajja tan-nies fl-Ewropa kollha.

Is-servizz jinkludi xandiriet diretti tas-sessjonijiet parlamentari u tal-laqgħat tal-kumitati, aħbarijiet u filmati edukattivi. Il-programmi ta' EuroparlTV huma disponibbli f'formati differenti permezz ta' databażi online u huma integrati bis-sħiħ mal-midja soċjali.

Is-sottotitoli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE huma disponibbli għal ħafna mill-filmati, u l-programmi kollha huma disponibbli bi kwalità web u għax-xandir.

Kwalunkwe persuna b'aċċess għall-Internet tista' tara EuroparlTV online. Barra minn hekk, il-programmi ta' EuroparlTV huma disponibbli permezz ta' netwerk estensiv ta' msieħba li jinkludi għadd ta' stazzjonijiet televiżivi madwar l-Ewropa.

L-utenti jistgħu jiċċirkolaw il-filmati fuq il-midja soċjali jew fuq is-siti web tagħhom bl-għajnuna ta' kodiċi integrati.

 

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok uża l- formola ta' kuntatt jew Twitter biex tikkuntattja t-tim ta' EuroparlTV.